Friday, June 29, 2007

Hsibijiet (04-08-1992)

U harist go qalbi u staqsejt:
Ghaliex din il-ghera, ghaliex dan il-vojt
Fejn hi l-emozzjoni li darba hassejt
Fejn hu dak il-bniedem li darba habbejt?

U mohhi wegibni u qalli:
Ghalkemm int se twegga se jkolli nghidielek
Imhabbtek telqitek u l-bniedem halliek
Ghalxejn int tghajjatlu, ghalxejn int tibkih

U ghajnejja infethu u raw:
Zewg kwiekeb jiltaqghu 'il fuq mis-smewwiet
Biex jergghu jinfirdu wara ftit tal-hin
Jinqatghu ghal dejjem, 'il boghod minn xulxin

U ruhi fehmet u tnehdet:
Bhal dawk il-kwiekeb konn'ahna it-tnejn
Diga infridna 'il boghod minn xulxin
Baqaghlna biss l'eternita nghixu wahdanin

----
Brief Translation: The author is looking in her empty heart and searching for her love, but looking up she sees two stars that came together and moved apart never to meet again, and understood that it applied also to her love, he moved away and they will never be together again.

No comments: