Harist fil-mera mtappna ta' zghoziti
U rajt figura wieqfa hemm fin-nofs
Figura bid-dmugh xi xfar ghajnejka
Bla taf ghaliex qed taghmel xi diskors
Diskors lil dawk kollha ta' madwarha
Li ghexu u garrbu maghha tul is-snin
Li dahku u li bkew flimkien imghannqa
Li qalghu fuq wicchom u li kienu ferhanin
Tghidilhom li hi mhix dik li hasbuha
Figura kiesha, mighajr dmugh, bla demm,
Li anke hija thoss u tibki bhalhom
Li taf l-ugiegh, il-bard, il-ksieh, il-hemm.
U il-figura tinzel minn fuq il-podju
Timxi wahedha lejn dawl mis-smewwiet
U thalli hajjitha warajha f'din id-dinja
Biex tinghaqad mieghU li habbha, tul iz-zminijiet.
----
Brief translation: The author is looking into a mirror and seeing a figure (herself) making a speech. Telling people that she is not what they thought, that she also cries, feels and hurts. When ready, the figure walks down the podium and starts moving towards a light, leaving her life on earth behind to become one with He who loved her always.
No comments:
Post a Comment